L-Iskola tal-Mużika f’Malta għadha kemm ippublikat il-Prospectus tagħha għas-sena akkademika 2022-2023, u ħabbret li ser tkun qegħda tirċievi l-applikazzjonijiet mill-istudenti l-ġodda bejn it-18 u il-31 ta’ Mejju.
l-Iskola tal-Mużika toffri l-edukazzjoni tagħha għal 800 student li ivarjaw minn dawk li sejrin jibdew mill-qiegħ sa dawk li jxitequ jaslu għal livell ogħla f’livell ta’ diploma. B’tim b’saħħtu ta’ 80 għalliem tal-mużika speċjalizzat, l-iskola toffri opportunita mhux imxekkla għal kull student fi kwalunkwe livell li jkun jixtieq jidħol bi ħġaru fid-dinja tal-mużika. L-iskola toffri korsijiet akkreditati minn Livell 1 tal-MQF sal-Livell 5 tal-MQF, kif ukoll opportunita li jingħaqad mal-iskola b’mod komdu lil dawk kollha li jkunu jixtiequ jiffokaw fuq il-pjaċir li taf toffri l-mużika.
“Jien kieku ngħallem lit-tfal mużika, fiżika u filosofija; iżda l-iktar importanti hija il-mużika, għax-xejriet fil-mużika u l-arti kollha huma l-imfietaħ għat-tagħlim.” Is-Sra Maria Blanco, Kap tal-Iskola tal-Mużika, għażlet din il-kwotazzjoni ta’ Plato biex tintroduċi il-Prospectus ta din is-sena, u kompliet tispjega kif “ħafna riċerka tindika li il-mużika hija kruċjali għall-iżvilup emozzjonali u intelletwali, u ma nistgħax nirrakomanda biżżejjed il-bżonn li inħeġġu lit-tfal jitgħallmu il-mużika”.
Ta’ kull sena l-iskola tiftaħ il-bibien tagħha lil madwar 200 student ġdid li japplikaw u jintagħżlu permezz ta’ process ta’ audition process li jidentifika l-ħiliet u l-inklinazzjonijiet u attitudnijiet mużikali, li jippermettu lill-istudenti jagħżlu l-aħjar triq tagħhom. Dawk iż-żgħar li jixtiequ jibdew mill-bidu jistgħu japplikaw għall-kors tal-Music Makers, li jkopri studenti bejn sitta u tmin snin, li jkunu iggwidati jagħżlu l-aħjar strument li jkun jgħodd għalihom u jħejjuhom għad-dħul f’Kors Regolari tal-Mużika, li jarahom jiżviluppaw il-ħiliet mużikali tagħhom sal-Livell 4 tal-MQF kemm fit-teorija kif ukoll fil-prattika tal-mużika.
Din is-sena, l-iskola qed toffri l-għażla lil studenti minn barra sabiex dawn ikunu jistgħu japplikaw biex jagħmlu awdizzjoni għal wieħed mid-diversi gruppi mużikali bħalma huma l-baned, chamber ensembles, diversi orkestra jew kor ta tfal.
Opportunita` kbira oħra qed tiġi ippreżentata permezz ta applikazzjonijiet ġodda għal-Opera Studio, li ġie imniehed f’Frar li għadda.
Il-Prospectus ta 2022-23 jista jitniżżel minn
SoM Prospectus 2022 (canva.com)
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-paġna FB Malta School of Music. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu onlajn bejn it-18 u il-31 ta’ Mejju, minn fuq dan is-sit: https://mavc.gov.mt/programme/apply