Il-Korsijiet tal-iSkola tal-Mużika għas-sena skolastika 2020-2021 issa mimlijin

L-iSkola tal-Mużika, tixtieq tinforma lill-pubbliku ġenerali li issa m’aħniex naċċettaw aktar applikazzjonijiet għas-sena skolastika għall-korsijiet tal-bidu għaliex dawn issa jinsabu mimlijin. Il-kors dejjem popolari tal-Introduzzjoni tal-Mużika għall-istudenti ta’ bejn is-6 – 7 snin (dan l-aħħar beda jissejjaħ Music Makers), MKU Preparatorju għall-istudenti ta’ bejn it-8 – 10 snin u l-kors introduttorju MKU għall-istudenti ta’ ’l fuq minn 11-il sena, imtlew fi ftit ġranet, inklużi dawk il-postijiet li tħallew għal dawk li kienu fuq il-waiting list tal-iskola. L-istudenti kollha li applikaw għal dawn il-korsijiet se jkunu qegħdin joqogħdu għal awdizzjoni addattata għall-etajiet tagħhom sabiex dawn jassikuraw posthom fl-iskola.
Għad fadal xi postijiet fil-korsijiet regulari fl-istudji tal-mużika fil-Grad 1 sa Grad 8, kif ukoll fil-kors speċjalizzat tal-Mużika u fil-kor tad-Diploma, it-tnejn li huma għall-studenti avvanzati. Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-korsijiet tistgħu taċċessaw il-link tal-prospett.

Search

Pages


Follow us on: