Imnedija l-protokolli tal-Covid-19 biex jipproteġu lill-membri tal-istaff, lill-istudenti u lill-ġenituri/kustodji fl-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni tal-Arti Viżwali u Performattiva

Matul dawn il-ġranet bla preċedent ta’ inċertezza kbira madwar id-dinja kollha, l-uffiċċju tal-Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, żamm kuntatt kontinwu mal-istakeholders li jipprovdu l-edukazzjoni u servizzi sabiex flimkien mal-Awtoritajiet tas-Saħħa joħolqu protokolli tal- arti viżwali u performattiva.

Dawn il-protokolli japplikaw partikularment għall-iSkejjel Speċjalizzati tal-Arti, tal-Mużika, tad-Drama u tad-Danza fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli għas-sena skolastika 2020/21.  Kull skola għandha rispettivament taddatta hi dawn il-linji gwida skont il-binja tal-iskola u bi qbil ma’ linji gwida oħrajn li joħorġu minn żmien għall-ieħor mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika.



Qegħdin insegwu mill-viċin il-linji gwida tal-Awtoritajiet tas-Saħħa u naddattaw dawn il-protokolli għar-realtajiet tagħna filwaqt li nirrispettaw il-prinċipju ġenerali li nimmitigaw bl-aħjar mod possibli it-trażmissjoni tal-COVID-19.  Wieħed jista’ jifhem li l-iskejjel li jiffurmaw parti mill-iskejjel speċjalizzati fi ħdan il-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli ma jistgħux jitpoġġew fl-istess qoffa li fiha jinsabu l-iskejjel obbligatorji għall-fatt li l-miżuri tas-sigurta` jistgħu bil-wisq aktar jiġu osservati b’aktar ħeffa fl-istudjos.werkxops, u teatri tagħna, meta tqis li t-tul tal-lezzjonijiet hu wieħed ferm iqsar, mingħajr brejks u mingħajr canteens. Madanakollu dawn il-linji gwida u dawn il-prinċipji għandhom jiġu osservati” qal il-Kap tan-Netwerk tal-Kulleġġ is-Sur Victor Galea.

L-edukazzjoni tal-arti viżwali u performattiva tagħti lill-istudenti dik il-milja meħtieġa fil-ħajja li permezz tagħha jistgħu jesprimu dak li jħossu, l-emozzjonijiet u l-ħsibijiet tagħhom permezz ta’ meżżi kreattivi, kemm jekk din tkun il-mużika, kemm jekk l-arti, d-drama, jew id-danza. Issa aktar minn qatt qabel,” temm jgħid is-Sur Galea.


Tista’ taċċessa dan il-Protokoll għall-Miżuri ta’ Mitigazzjoni għall-COVID-19 għall-Edukazzjoni tal-Arti Viżwali u Performattiva (Mużika, Arti, Drama u Danza)  hawn.

Search

Pages


Follow us on: