L-iskola tal-Mużika se tkun qed tilqa’ applikazzjonijiet għal studenti ġodda bejn l-1 u t-8 ta’ Settembru.
Tistgħu taqraw aktar dettalji dwar dawn il-korsijiet u l-opportunitajiet li toffri l-iSkola tal-Mużika fil-prospectus il-ġdid li għadu kif kien ippubblikat.
Biex tniżżel dan il-prospectus mur fuq is-sit: https://www.canva.com/design/DAEGGh8pvXY/tPi8yfl1ul6cLgnopT2DXw/view
L-istudenti huma mitlubin sabiex jirreġistraw onlajn minn fuq il-Website tal-MAVC website. https://mavc.gov.mt/programme/apply
L-applikazzjonijiet jiġu miflija, u l-istudenti jiġu mistiedna għal awdizzjoni jew induzzjoni sabiex jiġu assessjati l-ħiliet u l-inklinazzjonijiet tagħhom, dejjem skont l-etajiet tagħhom.